Skip to main content
Taxation and Customs Union

WASAL IŻ-ŻMIEN LI NIEĦDU L-PARTI NIEQSA LURA

WASAL IŻ-ŻMIEN
LI NIEĦDU
L-PARTI NIEQSA
LURA

Dan xi jfisser?

FRODI TAT-TAXXA

EVAŻJONI TAT-TAXXA

EVITAR TAT-TAXXA

Il-frodi tat-taxxa hija forma ta' evażjoni intenzjonata tat-taxxa li ġeneralment tkun punibbli skont il-liġi kriminali. It-terminu jinkludi sitwazzjonijiet li fihom jiġu sottomessi dikjarazzjonijiet foloz jew jiġu ppreżentati dokumenti ffalsifikati intenzjonalment.

Evażjoni tat-taxxa ġeneralment tinkludi arranġamenti illegali fejn l-obbligazzjoni ta' taxxa tkun moħbija jew injorata, jiġifieri l-kontribwent iħallas inqas taxxa milli huwa legalment obbligat li jħallas billi jaħbi xi dħul jew informazzjoni oħra mill-awtoritajiet tat-taxxa.

Evitar tat-taxxa huwa definit bħala aġir skont il-liġi, xi kultant fuq xifer il-legalità, sabiex tiġi minimizzata jew eliminata taxxa li kieku legalment ikollha titħallas. Dan sikwit jinvolvi l-isfruttament tas-sens strett tal-liġi, dgħjufijiet u nuqqas ta' qbil sabiex jinkiseb vantaġġ ta' taxxa li oriġinarjament ma kienx maħsub mil-leġiżlazzjoni.

Kemm hija kbira l-problema?

L-UE tieħu azzjoni…

Kemm il-ġbir ta' taxxi kif ukoll il-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa huma r-responsabilità tal-awtoritajiet nazzjonali tal-pajjiżi tal-UE. Madankollu, ħafna mill-frodi jsir bejn il-fruntieri, u pajjiż wieħed li jaġixxi waħdu mhux se jagħmel kisbiet kbar. L-UE ilha tipprovdi għodod sabiex tgħin lill-pajjiżi membri jiġġieldu kontra l-frodi b'mod aktar effettiv. Issa għandha Pjan ta' Azzjoni biex tingrana l-azzjoni tagħha.

…kemm fl-Unjoni…

Permezz tal-IT u mezzi oħra, l-UE tippermetti kooperazzjoni u skambju ta' informazzjoni fost il-pajjiżi membri tagħha dwar il-forom kollha ta' taxxa, l-aktar tassazzjoni fuq it-tfaddilu VAT Pereżempju, sistema tal-UE għal assistenza reċiproka tippermetti lill-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali li jirkupraw taxxi mhux imħallsa mill-pajjiż tal-UE għal ieħor.

…kif ukoll fid-dinja

Ħafna negozji huma globali bħalma hija l-evażjoni tat-taxxa. L-UE ffirmat ftehimiet ma' numru ta' pajjiżi ġirien u tipparteċipa fl-inizjattivi internazzjonali kollha li għandhom l-għan li jipprevjenu l-abbuż mit-taxxa. U r-rifuġji fiskali huma dejjem aktar fil-mira.

Niżżel il-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni Ewropea

Aktar informazzjoni bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż